Nużaw komunikazzjoni bl-email biex ninfurmawk dwar aġġornamenti u promos importanti jew, fi kliem ieħor, dwar aħbarijiet li tkun trid tisma' dwarhom.
Biex tiżgura li qatt ma titlef xi email minn tagħna, trid iżżid l-indirizz tal-email tagħna fil-lista tal-mittenti tiegħek.
Żid kuntatt ta' Outlook
Fuq kompjuter:
1. Idħol fil-kont tiegħek ta' Outlook.
2. Fil-kantuniera ta' fuq il-lemin, agħżel l-ikona tas-settings.
3. Agħżel “View all Outlook settings”.
4. Agħżel “Mail”.
5. Agħżel “Junk email”.
6. Taħt “Safe senders and domains”, agħfas “Add”.
7. Daħħal l-indirizz tal-email tagħna u agħfas enter – tista' tiċċekkja l-indirizz tal-email tagħna f'wieħed mill-emails li bgħatnielek, meta tagħfas fuq il-vleġġa taħt l-isem tal-mittent.
8. Agħfas “Save”.
Fuq apparat iOS:
1. Idħol fil-kont tiegħek ta' Outlook.
2. Agħżel l-ikona tas-settings fin-naħa ta' fuq.
3. Taħt “Is-settings tal-app tiegħek”, agħżel “Mail”.
4. Agħżel “Mail” biex tespandi l-lista.
5. Taħt “Kontijiet”, agħżel “Ibblokja jew Ippermetti”.
6. Daħħal l-indirizz tal-email tagħna taħt “Mittenti u riċevituri sikuri” u agħfas “+” – tista' tiċċekkja l-indirizz tal-email tagħna f'wieħed mill-emails li bgħatnielek, meta tagħfas fuq il-vleġġa taħt l-isem tal-mittent.
7. Agħfas “Save” fil-fuq.
Iċċekkja l-mittenti mblukjati
Jekk wara li żidt is-sit web bħala kuntatt, l-emails tagħna jibqgħu jispiċċaw fil-folder tal-junk, jista' jkun li żidtna bi żball mal-lista tiegħek tal-mittenti mblukkati. Tista' tiċċekkja dik il-lista biex tiżgura li kollox korrett.
1. Idħol fil-kont tiegħek tal-Outlook.
2. Fil-kantuniera ta' fuq il-lemin, agħżel l-ikona tas-settings.
3. Agħżel “View all Outlook settings”.
4. Agħżel “Mail”.
5. Agħżel “Junk email”.
6. Jekk tara l-indirizz tal-email tagħna elenkat taħt “Blocked senders and domains”, agħżel l-ikona tat-tneħħija biex tneħħih mil-lista.