Nużaw komunikazzjoni bl-email biex ninfurmawk dwar aġġornamenti u promos importanti jew, fi kliem ieħor, dwar aħbarijiet li tkun trid tisma' dwarhom.
Biex tiżgura li qatt ma titlef xi email minn tagħna, trid iżżid l-indirizz tal-email tagħna fil-lista tal-mittenti tiegħek. Hemm 2 modi differenti kif tagħmel dan, iżżidna bħala kuntatt ġdid ta' Gmail jew toħloq regola ta' filtru biex l-emails tagħna jibqgħu jaslu fil-priority inbox tiegħek.
Żid kuntatt ta' Gmail
Fuq kompjuter:
1. Mur fuq contacts.google.com.
2. Fir-rokna ta' fuq fix-xellug, agħżel “Create contact”.
3. Imla l-oqsma tal-isem u tal-indirizz tal-email – tista' tiċċekkja l-indirizz tal-email tagħna f'waħda mill-emails li bgħatnielek, billi tikklikkja fuq il-vleġġa taħt l-isem tal-mittent.
4. Agħfas “Save” fil-qiegħ.
Fuq smartphone:
1. Iftaħ l-app Contacts.
2. Fir-rokna t'isfel fuq il-lemin, agħżel “Add”.
3. Imla l-oqsma tal-isem u tal-indirizz tal-email – tista' tiċċekkja l-indirizz tal-email tagħna f'waħda mill-emails li bgħatnielek, billi tikklikkja fuq il-vleġġa taħt l-isem tal-mittent.
4. Kun żgur li tissejvja l-kuntatt tagħna fil-kont it-tajjeb. Tista' tagħżel il-kont li se jirċievi l-messaġġi bl-email li qed tpoġġi fil-whitelist meta tagħfas fuq il-vleġġa 'l isfel, ħdejn il-kont tal-email tiegħek.
5. Agħfas “Save”.
Oħloq regola ta' filtru
Il-filtri jistgħu jinħolqu u jiġu editjati biss mill-verżjoni online tal-web ta' Gmail, għalhekk trid tagħmilha mill-kompjuter tiegħek.
1. Iftaħ Gmail.
2. Fil-kaxxa tat-tfittxija fin-naħa ta' fuq, agħżel il-vleġġa 'l isfel.
3. Daħħal l-indirizz tal-email tagħna fil-qasam “From” – tista' tiċċekkja l-indirizz tal-email tagħna f'waħda mill-emails li bgħatnielek, billi tikklikkja fuq il-vleġġa taħt l-isem tal-mittent.
4. Ikklikkja fuq “Create filter” fil-qiegħ tat-tieqa tat-tfittxija.
5. Agħżel “Never send it to Spam”.