Sabiex tattiva x-xiri bil-Karta ta' Kreditu u bil-PayPal, trid tivverifika l-kont tiegħek. Biex tkompli, mur fil-menù drop-down tiegħek u agħżel Verifika tal-Kont.
Hawnhekk tingħata żewġ għażliet:
1. Il-verifika tal-karta tiegħek
Jekk tagħżel li tivverifika l-kont tiegħek permezz ta' karta, jinżamm ammont każwali ta' inqas minn $2 fuq l-aħħar karta li użajt għax-xiri, u dan jiġi rilaxxat wara.
Il-proċess tal-verifika tal-karta tiegħek huwa sempliċi u mgħaġġel. Se tintalab issib ħlas pendenti fl-istorja tat-tranżazzjonijiet tiegħek u ddaħħal l-ammont biex tipprova li int is-sid tal-karta. Jekk il-proċess jirnexxi, il-kont tiegħek jiġi vverifikat immedjatament.
2. It-tlugħ ta' dokumenti
Jekk tippreferi tivverifika l-kont tiegħek permezz ta' dokumenti, ikollok ittella' skenn jew ritratt tal-passaport, tal-liċenzja tas-sewqan, tal-karta tal-identità, jew tal-karta ta' kreditu/debitu tiegħek (li turi biss ismek sħiħ u l-ewwel 6 u l-aħħar 4 ċifri). Aħna se nirrevedu d-dokumenti tiegħek fi żmien 24 siegħa u nikkuntattjawk biex ngħarrfuk bl-eżitu.